Songtexte.com Drucklogo

Dear Poni Songtext
von Xtruppaw

Dear Poni Songtext

Fi ċkuniti xtaqt li kelli żiemel
Imma flus biex nixtri ma kellix
Mort staqsejt lid-daddy
Qedtlu, ′Daddy, tini l-flus ħa nixtri żiemel, please'

Qalli, ′Son, jekk trid il-flus mur aħdem
Jekk trid tixtri żiemel ġemma għalih
Għaliex jien mhux ser intik penny
Biex tixtri l-poni.'


Jien batejt u ġemmajt ħajti kollha
Imma fl-aħħar poni jiena xtrajt
Il-mimmi t'għajnejja
Għax fid-dinja kollha poni bħalu qatt ma rajt

Ma kienx baqali flus biex nixtri silla
U l-poni kien qiegħed jolgħob bil-guħ
U għax ma kienx baqali penny
Kien mietli l-poni

U ħsibt li l-poni ħaqqu difna xierqa
Sa ħofra fil-ġardina kont ħaffirt
U anke għamiltlu rħama
U naqqaxtlu fuqha, ′Dear poni, rest in peace′


'Mma żaqqi bil-ġuħ kienet qed tgerger
Iddeċidejt li nsajjar ftit stuffat
U għax ma kienx baqali penny
Kont kilt il-poni

Ähnliche Songtexte

Songtext kommentieren

Log dich ein um einen Eintrag zu schreiben.
Schreibe den ersten Kommentar!

Beliebte Songtexte
von Xtruppaw

Quiz
Wer ist auf der Suche nach seinem Vater?

Fans

»Dear Poni« gefällt bisher niemandem.