Songtexte.com Drucklogo

Għad-Dell Songtext
von Kantilena

Għad-Dell Songtext

Ersaq qrib.
Inxteħet hawn għad-dell taħt iċ-ċipress;
ħanxar is-skiet.

M′jien xejn għalik
ħlief dieqa t'isem b′data mnaqqax fil-granit

Mal-fdalijiet ta' wiċċ maħsul
Fil-kuluri tal-maltemp u tal-kubrit.

Kellimni ftit
Fuq it-togħma tal-inbid,
U r-ramel jiġri minn ġo l-id;

Fakkarni ftit
Fir-riħa tal-ward jinbet;
Fil-ħobż mixwi, u l-mewġ iħabbat eżawrit.

Fakkarni fil-bebbux maħsul bix-xita;
Fid-dmugħ jinġibed 'l isfel;
Fir-riħ jibki l-ewwel bikja tat-twelid.

Ersaq qrib

Wennisni bin-nifs jaħraq mit-tiġrib.


U għidli ftit
Bix-xemx tinħall f′ilwien il-baħar u s-sadid.

Kellimni dwar l-uġiegħ tal-ħlas;

In-nifs maqsum bid-daħq;

It-tmellisa ta′ kafè fil-ksieħ;

Nisġa ta' vjolin li tmiss il-qiegħ.

Kif tintilef tgħodd il-kwiekeb meta l-qamar ma joħroġx;
Dehxa ttellaq mal-irkiekel biex qalbek ma torbotx;

Iljieli ma torqodx.

Jew li tisbaħ għad-dawl jiżfen
Minn ġol-lożor, wara l-ġlied,

Fir-rogħda tal-imħabba,
Itterter mingħajr sried.

Inxteħet hawn
Għad dell taħt iċ-ċipress...

Ingħafas mal-ħamrija li tifridna

Forsi qalbek ittambar tagħtini il-ħabel.

Kliem: Drinu Camilleri
Mużika: Kantilena

Songtext kommentieren

Log dich ein um einen Eintrag zu schreiben.
Schreibe den ersten Kommentar!

Fans

»Għad-Dell« gefällt bisher niemandem.