Baħħar Songtext
von Kantilena
Baħħar Songtext
Fil-ksieħ u l-kalma ta′ kxif il-għodwa,
Bil-pipa titqabad mat-togħma ta' rqad,
B′għajnejja mkebbsin,
Ma' tnejn imrawmin,
Fuq sema titmattar żernaqt.
Il-qoxra writtha maż-żmien,
Mal-kallijiet ta' kelb il-baħar,
Ma′ ġildti li rat sitt tużżani staġuni
Ta′ melħ, xemxati, u sried.
Il-jiem niddendel fuq żaqq il-ħajja,
Inbandal żmieni skont iċ-ċafċifa
Għal ruħ dawk li ntilfu, f'Rebbiegħa u Ħarifa -
Inbelgħu mill-Waqt.
Mal-kolp ta′ ħalla, fin-nofs tal-ibħra,
Jidwi t-twaħħix ta' li nbeżqu fil-baħħ;
F′moħħi mwerżqin;
Fl-imgħoddi msakkrin;
F'baħar li jitlef ma jafx.
Stenbaħt bil-ħasda u erġajt mill-ħolma;
B′żuffjett xejħuni, irmewli l-boxxla.
Stenbaħ il-baħar - sploda jinkorla;
Kelb rieqed, qam.
U smajt l-Għanja qed toqrob lejja;
Kull bidu mitmum, biss, miktub mhux mitluf;
Dil-lanċa, bħall-ġarra li ġejja u sejra,
Tmiemha rat.
Bil-pipa titqabad mat-togħma ta' rqad,
B′għajnejja mkebbsin,
Ma' tnejn imrawmin,
Fuq sema titmattar żernaqt.
Il-qoxra writtha maż-żmien,
Mal-kallijiet ta' kelb il-baħar,
Ma′ ġildti li rat sitt tużżani staġuni
Ta′ melħ, xemxati, u sried.
Il-jiem niddendel fuq żaqq il-ħajja,
Inbandal żmieni skont iċ-ċafċifa
Għal ruħ dawk li ntilfu, f'Rebbiegħa u Ħarifa -
Inbelgħu mill-Waqt.
Mal-kolp ta′ ħalla, fin-nofs tal-ibħra,
Jidwi t-twaħħix ta' li nbeżqu fil-baħħ;
F′moħħi mwerżqin;
Fl-imgħoddi msakkrin;
F'baħar li jitlef ma jafx.
Stenbaħt bil-ħasda u erġajt mill-ħolma;
B′żuffjett xejħuni, irmewli l-boxxla.
Stenbaħ il-baħar - sploda jinkorla;
Kelb rieqed, qam.
U smajt l-Għanja qed toqrob lejja;
Kull bidu mitmum, biss, miktub mhux mitluf;
Dil-lanċa, bħall-ġarra li ġejja u sejra,
Tmiemha rat.
Lyrics powered by www.musixmatch.com

