Il‐Gorf Songtext
von Brodu
Il‐Gorf Songtext
Imxejt bil-kwiet f′mogħdija bl-ifjen trab
Taħti l-Ġorf dalwaqt se jibla' l-blat.
Ġa kważi dalam, ′l haw ma jersqux nies
Ħlief fil-karozzi biex jaħxu fis-skiet.
Hemm kamra monument wara tant snin
Il-ħruq ġo sidri u is-swaba' kesħin.
Ħsibt li fottejtek, għamiltlek ħażin
Intbaħt li kont tgħammidt bl-ilma tal-bir.
Rit: Għidli, fej' kont tkun inti dak iż-żmien?
Fiċ-chewing gum fil-baħar li jagħrax l-ilsien.
Fil-ħobż biż-żejt, fis-sjesta, fil-kuntatti taħt il-friex
li lanqas melħ ta′ baħar miftuħ ma jfejjaq.
Tidher kuntenta ferm f′dak ir-ritratt
Xej' ma jiddispjaċini mill-pass li kont ħadt.
Hemm żibel mormi u fjuri fil-viċin,
u nifhem ′l għala m'aħniex ta′ xulxin.
Irrid inħares lejk, narak mill-bogħod,
għax fil-preżenza tiegħek qed nirtogħod.
O baħar kbir ejja tini bis-sieq.
Ftit diqa ħelwa hu dak li nixtieq.

Lyrics powered by www.musixmatch.com